81 każ ta' omiċidju, terz mhux solvuti

24 każ minn 81 għadhom mhux solvuti
 

Investigaturi jittawlu fil-ħofra fejn kien hemm Pawlu Grech, omiċidju mhux solvut li seħħ fl-2013
Investigaturi jittawlu fil-ħofra fejn kien hemm Pawlu Grech, omiċidju mhux solvut li seħħ fl-2013

Bejn l-1999 u l-2014 kien hawn 81 omiċidju fil-gżejjer Maltin. Is-sena l-oħra, 2014, kien hawn 6 omiċidji, li hemm minnhom s'issa għadhom mhux solvuti.

L-iktar sena li kien ġew irrapportati omiċidji f'dan il-perjodu kienet is-sena 2013 u s-sena 1999, b'10 omiċidji f'kull sena.

Fl-2003 u l-2006 ma kien hawn l-ebda rapporti ta' omiċidji.

Minn dawn il-81 omiċidju, 57 huma solvuti waqt li 24 għadhom mhumiex.

Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari lbieraħ filgħaxija mwieġba mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela.

More in Kronaka