(Aġġornament) Inċident tat-traffiku f’Ħal Lija

Franċiża fuq rota tintlaqat minn karozza. Tintbgħat id-dar wara li ngħatat il-kura medika

Ir-rota li kienet fuqha l-Franċiża u l-karozza Peugeot li laqtitha
Ir-rota li kienet fuqha l-Franċiża u l-karozza Peugeot li laqtitha

Aġġornament

Meta l-mara ta' 53 sena mill-Mosta ta' nazzjonalitá Franċiża kienet eżaminataf id-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, instabet li kienet qegħda ssofri minn ġrieħi ħfief tant li wara li ngħatat il-kura meħtieġa ntbgħatet id-dar.

iktar kmieni...

Mara ta’ 53 sena ta’ nazzjonalitá Franċiża u toqgħod il-Mosta ddaħħlet l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn karozza meta kienet qed issuq ir-rota. L-inċident seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tal-3.50 p.m. fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija.

Jidher li l-mara kienet fuq ir-rota sejra fid-direzzjoni tal-Mosta meta ntlaqtet minn karozza Peugeot 205 misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mir-Rabat. Kemm il-karozza kif ukoll il-Franċiża fuq ir-rota kienu sejrin fl-istess direzzjoni.

Fuq il-post issejħet ambulanza b’infermier li ħadu lill-mara l-isptar fejn qiegħda tingħata l-kura medika. Il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll dawk tad-Distrett marru fuq il-post b’dawn tal-aħħar biex iħejju rapport tal-inċident.

 

 

More in Kronaka