(AĠĠORNAT B'FILMAT) Sparatura ħdejn l-Universita ta' South Carolina

L-isparatura fil-fatt ma kinitx fil-campus tal-Universita u fil-fatt kienet ta' persuna li qatel lil xi ħadd u wara kkommetta suwiċidju

pulizija fil-viċinanzi tal-universita
pulizija fil-viċinanzi tal-universita

Jidher li din l-isparatura ma kelliex x'taqsam mal-Universita. Iżda l-pulizija ma ridux jieħdu ċansijiet u ħadu l-passi neċessarji  kollha għal xi assalt terroristiku. Fil-fatt issa ħareġ li l-isparatura saret viċin il-campus u ġiet minn persuna li qatel persuna oħra u wara kkommetta suwiċidju. Kien każ ta' qtil normali. Fil-fatt ħarġet l-ordni li ma baqax theddida għall-istudenti u għalkemm għad hemm diversi pulizija jduru mal-inħawi minħabba li r-raġuni u minfejn ġiet din l-isparatura ħadd ma jaf ma jidhirx li hemm periklu iżjed.

Instemgħu tiri fl-universita ta' South Carolina. In-nies fil-viċin qed jintalbu biex jibqgħu ġewwa u l-bini kollu tal-universita jinsab mblukkat kollu bli studenti jintlabu jibqgħu kollha magħluqin fil-klassijiet tagħhom.  Anke t-traffiku f'dawk in-naħat ġie miżmum. Filwaqt li stazzjon tal-petrol ukoll kien ordnat li jagħlaq. Hemm ħafna pulizija fil-vċiinanzi iżda ħadd ma jaf eżatt x'ġara jew jekk weġġax xi ħadd. Dehret ambulanza dieħla iżda reġgħet telqet lura.

 

 

 

 

More in Kronaka