(Aġġornament 1) Inċident tat-traffiku fir-Rabat bejn karozza tal-linja u vann

X'aktarx li x-xufier tal-linja sofra ġrieħi gravi, iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Żewġ passiġġieri nisa ma ġralhom xejn gravi

It-tim mediku jassisti lix-xufier tal-linja. Ritratt John Pisani
It-tim mediku jassisti lix-xufier tal-linja. Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Inċident bejn karozza tal-linja u vann. Video John Pisani

AĠĠRORNAMENT

Kelliema għall-Pulizija qalulna li x-xufier tal-karozza tal-linja mhux fil-periklu tal-mewt, iżda t-tobba għadhom qegħdin jeżaminawh u qegħdin ukoll jistennew xi riżultati mediċi biex ikun ikkonfermat xi ġrieħi sofra.

Ftit tal-ħin ilu ġejna nformati li r-aġel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Nifhmu li dak il-ħin tal-inċident kien hemm żewġ nisa passiġġieri li filwaqt li waħda ma ġralha xejn, l-oħra kienet eżaminata mit-tim mediku fuq il-post imma ma sofrietx ġrieħi gravi.  

iktar kmieni...

Xufier tal-karozzi tal-linja, raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar, aktar kmieni dalgħodu ddaħħal l-Isptar Mater Dei wara inċident  bejn il-karozza tal-linja li kien qed isuq u vann misjuq minn żagħzugħ ta’ 25 sena minn Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.35 a.m. qrib ir-roundabout tan-Nigret. Kollox jindika li l-karozza tal-linja kienet ġejja mid-direzzjoni tar-Rabat filwaqt li l-vann ħareġ mill-Bypass tal-Imtarfa. Mhux qed ikun eskluż li ż-żagħżugħ tal-vann baqa’ ħiereġ għat-triq prinċipali u li kien tard wisq meta ra l-karozza tal-linja.

Jidher li x-xufier tal-linja pprova jevita l-ħabta iżda sab il-vann eżatt quddiemu. Mad-daqqa l-vann safa imbuttat għal fuq centre island. L-impatt kien qawwi ħafna tant li x-xufier tal-linja nqabad qalb it-tifrik u kellhom jissejħu l-memebri tal-Protezzjoni Ċivili biex assistewh biex jinħareġ. Fuq il-post marret ambulanza bl-infermieri li taw l-ewwel għajnuna medika fuq il-post. Wara l-nħareġ minn qalb it-tifrik, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn għadu qed jingħata l-kura meħtieġa. S’issa mhux magħruf il-ġrieħi li sofra.

Min-naħa l-oħra x-xufier tal-vann ma sofra ebda ġrieħi u lanqas il-passiġġier li kien hemm miegħu għalkemm dehru li kellhom xokk fuqhom. Ħadd mill-passiġġieri li kien hemm fuq tal-linja ma sofra ebda ġrieħi.

Fuq il-post tal-inċident marru l-Pulizija tat-Traffiku u dawk tal-RIU. Il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Sarah Magri flimkien mas-Surġent Graziella Camilleri qegħdin jistħarġu dan l-inċident.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.

 

More in Kronaka