Il-Knisja tagħmel telf ta' €400,000

Dan ħareġ mir-rapport finanzjarju tal-2013

Il-Knisja ta’ Malta għalqet is-sena finanzjarja 2013 b’telf ta’ ftit iktar minn €400,000. L-ikbar dħul għall-Knisja f’Malta jibqa’ mill-miżati, stampar, ġbir ta' fondi u dħul ieħor, li jifforma kważi nofs id-dħul kollu għall-Arċidjoċesi. Il-ġbir u l-għotjiet ifissru 28% oħra tad-dħul kollu tal-Knisja.

Min-naħa l-oħra, l-ikbar infieq kien għall-pagi ta’ min jaħdem mal-Knisja, segwit minn spejjeż ta’ operat, li flimkien jaqbżu tliet kwarti tal-ispejjeż kollha. Matul l-2013, il-Knisja tat b’iktar minn miljun u €300,000 f’sussidji lid-djar tat-tfal, dawk tal-anzjani, lil RTK u lill-Media Centre, lit-Tribunal, lill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u għall-ħidmiet pastorali.

B’kollox, l-Arċidjoċesi ta’ Malta tiġbor fiha 70 parroċċa u tmexxi 12-il dar tat-tfal, 4 djar għall-persuni b’diżabilità, 14-il dar tal-anzjani u daqstant ieħor dar għall-immigranti, skejjel, l-Istitut Kattoliku, Day Centres għall-ommijiet bi tfal żgħar minbarra RTK u l-Media Centre.

 

More in Kronaka