Is-sindku tal-Fgura jilmenta dwar periklu li tħalla minn kuntrattur privat

Sar xogħol mingħajr permess tal-Kunsill lokali

Is-sindku tal-Fgura, Dr Byron Camilleri bagħat stqarrija dwar dan il-periklu li tħalla minn kuntrattur privat fil-Fgura.

Matul il-lejl ta’ bejn ilbieraħ u llum, kuntrattur privat ħalla periklu ċar fil-Fgura b’konsegwenza li kien hemm diversi persuni li soffrew ħsarat fil-vetturi tagħhom.

Illi matul l-aħħar jiem twettaq xogħol fil-Fgura mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali, u dan minkejja li kienu obbligati li jiksbu permess mill-Kunsill. Matul dan ix-xogħol ġew magħluqa toroq mingħajr permess, u kif ukoll mingħajr assistenza tal-gwardjani lokali hekk kif ikun mitlub f’sitwazzjonijiet simili.
 
Dawn it-toroq gew magħluqa fil-ħin ta’ filgħodu, tant li komplew joħolqu konġestjoni tat-traffiku ġewwa l-Fgura. Ghal dan sar rapport lill-pulizija fil-jiem li għaddew.
 
Illi matul il-ġurnata tal-bieraħ il-kuntrattur mhux biss kompla dawn ix-xogħlijiet iżda ħalla trinek miftuħin fil-ħin ta’ filgħaxija, b’periklu ċar għal kull min jgħaddi minn din it-triq. Infurmat li kien hemm diversi persuni li soffrew ħsara fil-vettura tagħhom konsegwenza ta’ dan l-aġir irresponsabbli.
 
"Għaldaqstant, ilbieraħ filgħaxija erġajt tlabt lill-pulizija sabiex jerġgħu jipproċedu fil-konfront ta’ dan il-kuntrattur. Transport Malta ġiet ukoll mitluba tieħu l-azzjonijiet meħtieġa" temm is-sindku

More in Kronaka