Instabu 61 katavru maħruq f'forn ta' krematorju fil-Messiku

200 kilometru bogħod minfejn sparixxew 43 student

61 katavru instabu f'forn fi krematorju abbandunat f'Acapulco, madwar 200 kilometru bogħod minfejn f'Settembru sparixxew 43 student. F'pajjiż fejn għadu jipprova jifhem x'sar minnhom dawn l-istudenti Messikani dan is-sejbien makabru fejn fost il-katavri hemm nisa u adolexxenti għamel impatt qawwi speċjalment f'dawn l-inħawi li huma fost l-aktar żoni ta' faqar immexxijin mill-barunijiet tad-droga. 

Kieku n-nies li jgħixu fl-inħawi li rrappurtaw li kien qed ikun hemm intejjen insapportabbli ġejjin minn dan il-krematorju. Meta marru l-pulizija huma sabu dawn l-ewwel katavri, iżda hu maħsub li aktar mhu qed isiru tfittxijiet intensivi l-katavri jistgħu jitilgħu għal mijiet. L-iġsma kienu fi stat ta' dekompożizzjoni qawwija u kienu kollha bla ħwejjeġ imgeżwrin f'liżar u bil-ġir mitfugħ fuqhom. Hemm fosthom li huma mqattgħin.

 

More in Kronaka