Il-Pulizija qalet fi stqarrija li żagħżugħ Għawdxi miż-Żebbuġ sofra ġrieħi gravi meta tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ minn fuqu.
L-inċident seħħ matul illejl li għadda fi Triq Selmun, il-Mellieħa għall-ħabta tas-1.40am. Iż-Żebbuġi, li għandu 28 sena, kien qed isuq mutur Suzuki 100 lejn iċ-Ċirkewwa.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħ gravi.