L-isparatura barra uffiċċju ta' avukat fl-Iklin
Il-Qorti se jinfetaħ b’urġenza llum. Jiidher li l-arma hija waħda regolari u kienu sparati tiri fl-arja
More in Kronaka
Il-Qorti se jinfetaħ b’urġenza llum. Jiidher li l-arma hija waħda regolari u kienu sparati tiri fl-arja
Illum wara nofsinhar, għall-ħabta tal-4.00p.m. il-Qorti se tiftaħ b’urġenza fejn quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Miriam Hayman, jitressaq Chris Schembri mill-Marsa li allegatament spara tiri ta’ pistol quddiem l-uffiċċju ta’ avukat fl-Iklin nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Frar.
L-ewwel rapporti kienu qiegħdin jindikaw li Schembri seta’ għamel użu minn arma li ma tisparax bullits imma ‘blanks’, dan għax il-Puliizja ma sabu l-ebda skrataċċ jew xi post fejn seta’ laqat minkejja t-tfittxija intensiva li għamlu. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil illum li wara stħarriġ li komplew jagħmlu l-Pulizija, fejn huwa mifhum li anke elevaw l-arma, jidher li din hija arma regolari u li t-tliet tiri li allegatament spara Schembri dawn ġew sparati fl-arja.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa meta l-Avukat Jonathan Abela bagħat għal ċertu David Vella li allegatament għadda xi ċekkijiet lil Schembri biex iħallas għal konsinja ta’ fjuwil. Min-naħa tiegħu Schembri għadda dawn iċ-ċekkijiet lil Dr Abela biex jgħaddihom lill-kumpanija AC Fuels Ltd, iżda dawn iċ-ċekkijiet ma kienux konvalidati mill-bank.
Meta nhar il-Ġimgħa Schembri u Vella kienu fl-uffiċċju ta’ Dr Abela, jidher li Vella ammetta li kien seraq dawn iċ-ċekkijiet mingħand il-ġenituri tiegħu. Kien hawn li qam argument sħun bejn Schembri u Vella li kompla barra l-uffiċċju tal-avukat li jinsab fi Triq Anton Manuel Caruana kantuniera ma’ Triq Ġuże Pesci.
Qed ikun allegat li Schembri mar fil-karozza tiegħu minn fejn ġab l-arma u l-ewwel spara tir u wara spara żewġ tiri oħrajn.
L-Ispettur Carlos Cordina mistenni jressaq lil Chris Schembri l-Qorti aktar tard illum. Mhux magħruf x’passi se jittieħdu fil-konfront ta’ David Vella.