(RITRATTI) Surfer jattakkah shark u jirnexxilu jsuq sal-isptar bil-karrozza

Shark ta' 2 metri gidmu fil-warrani u f'dahru

Jabez Reitman, 35, kien qed igawdi surf dalgħodu f'Byron Bay l-Awstralja meta shark ta' 2metri attakkah. Dan irnexxilu jaħrab minn ħalq ix-shark u irnexxilu jsuq bil-karrozza tiegħu sal-isptar biex jiddewwa min feriti gravi. Ix-shark irnexxilu jdeffes snienu f'dahar u l-warrani ta' Jabez. Fil-fatt kellu biċċa laħam maqtugħa minn dahru u marki tas-snien fin-naħa tal-ġenb tal-warrani.

Kellu jittieħed fil-Gold Coast University Hospital biex issirlu operazzjoni fuq il-feriti. Kien irrapurtat li wara l-operazzjoni kien jinsab f'kundizzjoni stabbli. Is-surfer qal lil ġurnalisti li għall-bidu hu ħasbu denfil sa ma induna l-feriti gravi li kellu. Hu qal li kien fortunat għax ix-shark attakkah u gidmu darba u telaq.

Hu qal li dak il-ħin twerwer iżda irnexxilu jżomm il-kalma biex irnexxilu jasal sal-isptar, Reitman hu chef iżda hu surfer regolari. F'Settembru li għaddha l-Ingliż Pat Wilcox inqatel meta ġie attakkat minn shark f'Byron Bay.

More in Kronaka