Il-Pulizija qalet fi stqarrija li kmieni dalgħodu għall-ħabta ts-2.15 a.m. seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq fejn mara ta' 36 sena minn Bormla sofriet ġrieħi gravi meta tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla f'ħajt bil-karozza tispiċċa f’għalqa.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi, iżda mhix fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija tad-Distrett ħejjew rapport tal-inċident.