Żewġt irġiel huma akkużati bi pjanar ta' attakk terroristiku b'mannarett, sikkina tal-kaċċa u bandiera tal-Istat Iżlamiku wara li allegatament sabu waqt tfittxija mill-Pulizija f'garaxx fil-Punent ta' Sydney, fl-Awstralja.
Il-Pulizija qalu li huma qed jemmnu li Omar Al-Kutobi u Mohammad Kiad kienu qed jippjanaw li jagħmlu attakk imminenti fl-Awstralja.
L-irġiel li għandhom 24 u 25 sena, kienu arrestati waqt tfittxija f'garaxx f'dar f'Farfield ilbieraħ.
Huma ġew akkużati li kienu qed jagħmlu atti bi thejjija għal attakk terroristiku.