"Qed jikbru u qed jinfirxu kullimkien" - Ali Zeidan

Eks Prim Ministru tal-Libja jgħid li l-ISIS qed jinfirxu b'qawwa ma' kullimkien

L-Istat Iżlamiku se jkollhom territorju fix-xtut tal-Mediterran fl-aħħar xahrejn "sakemm il-Brittanja u l-alleati tagħha ma jgħinux biex jerġgħu jġibu l-ordni fil-Libja," qal Ali Zeidan, l-eks Prim Ministru tal-Libja.

Zeidan, li kien maħtuf minn rebelli mill-Corinthia ta' Tripli matul il-mandat tiegħu, qal li elementi tal-ISIS qegħdin f'kull belt fil-Libja.

Din it-twissija waslet ftit jiem wara l-attakki suwiċida li kienu affiljati mal-Istat Iżlamiku fi Tripli fil-lukanda Corinthia, li ħalliet uffiċjali tas-sigurtà, mistiedna u terroristi nfushom mejta wara li karozza splodiet fuq barra tal-lukanda. It-terroristi splodew ukoll bombi fis-sular ta' fuq tal-lukanda.

Fi żjara tiegħu f'Londra, il-ġimgħa l-oħra, Zeidan, f'laqgħa mal-politiċi Ingliżi ħeġġeġ lill-Punent biex jintervjeni fil-Libja.

Hu wera l-biża' li l-ISIS ifittxu li jestendu l-kalifat tagħhom mit-Tramuntana tal-Iraq u s-Sirja fil-Libja.

"Qed jikbru, qegħdin kullimkien," Zeidan qal lit-Times of London.

More in Kronaka