(RITRATTI) Tliet studenti żgħażagħ Musulmani maqtula f'darhom b'tiri f'rashom
Ateju ta' 46 sena arrestat
minn John Busuttil
Familja ta' tliet żgħażagħ Musulmani ġew maqtula f'darhom b'tiri f'rashom f'North Carolina. Il-vittmi huma Deah Shaddy Barakat ta' 23 sena, martu Yusor Mohammad Abu-Salha ta' 21 sena u oħtha Razan Mohammad Abu-Saha ta' 19-il sena. Pulizija ġew imsejħa meta fil-5:11 tal-bieraħ instemgħu xi sparaturi f'appartament li fih jgħixu studenti akkademiċi. Il-vittmi ġew misjuba maqtula bi sparaturi f'rashom. Raġel ta' 46 sena Craig Stephen Hicks ġie arrestat bħala s-suspettat tal-assasinju tagħhom.
Hicks kien jiddeskrivi ruħu bħala ateu fuq Facebook u kien jikteb regolarment kontra r-reliġjonijiet. Il-pulziija qed tgħid li hu ta lilu nnifsu lil pulizija mal-lejl.
Fi stqarrija li ħarġet il-pulizija dalgħodu qalet li mill-investigazzjoni preleminari qed jidher li l-qtil kien motivat minn argumenti dwar xi parking li ilu għaddej bejniethom.
Il-kap tal-pulizija qal, "Nifhmu li bħalissa hawn ħafna mibgħeda minħabba dak li qed jiġri fid-dinja u għalhekk qed ninvestigaw sew biex niddeterminaw jekk dan hux il-każ."
Dan il-qtil qajjem rabja kbira fl-inħawi fejn fis-siti soċjali qed jintwerew ritratti tal-vittmi jilagħbu l-basketball u jistudjaw u ħafna qed jqisu li l-mod kif inqatlu qisu kienu eżekuzzjonijiet. Il-ġuvni kien iffissat fuq l-American Football u l-basketball u hu student biex jilħaq dentist u dan l-aħħar applika biex imur il-Palestina jgħin lit-tfal hemmhekk bil-problemi ta' snienhom, bla ħlas.
Dan l-aħħar kiteb ukoll fuq Twitter li ma jaqbilx u jweġġa' meta jaqra 'posts' li jgħidu biex joqtlu lil Lhud jew joqtlu lil Palestinjani.
Barakat u Yusor Abu-Salha żżewġu xahrejn ilu f'Diċembru li għadda u l-mara kienet ukoll se tibda tistudja d-dentistrija.
Razan, għadha kif iggradwat fl-arkitettura u d-disinn ambjentali.