Ftehim għal waqfien mill-ġlied fl-Ukraina
Intlaħaq ftehim bejn Putin, Merkel, Holalnde u l-leader tal-Ukraina
More in Kronaka
Intlaħaq ftehim bejn Putin, Merkel, Holalnde u l-leader tal-Ukraina
Wara taħditiet twal fil-Belarus bejn il-leaders tar-Russja, ġermanja, Ukraina u Franza intlaħaq ftehim li jkun hemm waqfien mill-ġlied minn nofsilejl ta' nhar il-Ħadd 15 ta' Frar.
Il-ftehim jinkludi t-tneħħija tal-armi u li jsir bdil ta' priġunieri iżda l-kwistjonijiet prinċipali għad iridu jiġu settiljati. Ir-ribelli favur ir-Russja iffirmaw il-ftehim biex tieqaf din il-ġlieda li ħalliet eluf ta' mejtin fi żmien sena.
Il-ftehim jinkludi:
Waqfien mill-ġlied ma nofsillejl tal-15 ta' Frar
L-armamenti jitneħħew miż-żoni ta' ġlied u jridu jkunu tneħħew għal kollox sa ġimgħatejn wara s-17 ta' Frar
Il-priġunieri jridu jingħtaw il-ħelsien kollha u maħfra lil dawk kollha involuti fil-ġlied
Jitneħħew l-armati barranin u l-merċenarji kollha mit-territorju Ukren u diżarm assolut tal-gruppi illegali
L-Ukraina li tara li terġa tibda l-ħajja normali fiż-żoni tar-ribelli billi jneħħu kull restrizzjoni
L-Ukraina tikkontrolla l-fruntiera mar-Russja jekk isir qbil mal-kundizzjonijiet sal-aħħar tas-sena