Jekk l-ISIS theddidna lesti għal kombattiment - il-ministru Taljan għall-affarijiet Barranin

L-Italja hi mhedda mis-sitwazjoni tal-Libja u jekk ma ssirx xi tip ta' medjazzjoni l-Italja lesta biex tiiġieled flimkien man-Nazzjonijiet Uniti

Paolo Gentiloni, il-ministru għall-affarijiet barranin Taljan ikkumenta ma' SKYTg24 dwar l-aħbarijiet allarmanti bil-preżenza tal-ISIS f'Sirte il-Libja, "Jekk ma nsibux triq tal-medjazzjoni irridu naħsbu man-Nazzjonijiet Uniti biex nagħmlu xi ħaġa oħra fejn aħna lesti li nikkumbattu fil-kwadru tal-legalita Internazzjonali."

Sadattant l-ambaxxata Taljana talbet lit-Taljani biex jitilqu mil-Libja temporanjament għax il-Jihadisti għandhom il-mira li jakkwistaw Tripoli. Il-bieraħ issemma li nqatlu 21 Insara Kopti anke jekk din l-aħbar mhix konfermata uffiċċjalment u waslet minn fuq Twitter. Li hu żgur li xi militanti ħatfu xi stazzjonijiet tar-radju u televiżjoni u itrasmettew diskors tal-kap tagħhom, Abu Bakr al Baghdadi.

Intant qed ikompli l-eosdu tal-immigranti mill-koti tal-Libja u bħalissa hemm madwar 700 fl-ibħra fuq seba dinghies fejn tlieta ġew salvati mit-Taljani, tliet dinghies oħra minn vapur tal-merkanzija Malti u d-dinghy l-ieħor qed jiġi salvat minn vapur ieħor tal-Gaz Energy.

 

More in Kronaka