Il-GRTU huma ferm urtati bil-mod kif bejjiegħa li jinbtu okkażjonalment fit-toroq Maltin ibiegħu l-fjuri qed jikkompetu b'mod inġust. Dawn qed jibnu tined jew vannijiet fit-toroq ibiegħu fjuri u oġġetti tal-valentine's. Il-GRTU bagqħtu membri tagħhom f'seba postijiet differenti jixtru mingħandhom u dawn ħadd minnhom ma ngħata irċevuta fiskali. Qed jgħidu li lanqas għandhom 'cash register' jew ktieb tal-irċevuti tal-VAT. Għalhekk il-GRTU talbu lil kummissarju tat-Taxxi, Marvin Gaerty biex jagħmel investigazzjoni dwar dan il-ksur ta' liġi fil-wiċċ.
Barra hekk il-GRTU indunat ukoll li flok suppost li dawn ibiegħu l-prodotti tagħhom irħas, dawn qed jiċċarġjaw 30 fil-mija aktar minn dawk li jiċċarġjaw ħwienet tal-fjuri. Il-GRTU qalet li huma mhux kontra l-kompetizzjoni iżda temmen f'kompetizzjoni ġusta. Il-GRTU qed tistenna li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata immedjatament mill-awtoritajiet governattivi.