Ix-xita qed toħloq kaos sħiħ fit-traffiku

Kull arterja fiċ-ċentru ta' Malta bi traffiku mwaħħal. It-traffiku għal Ħ'Attard jibda mis-Saqqajja

Marsa bħalissa
Marsa bħalissa

Ix-xita li ilha nieżla kważi lejl sħiħ u li għadha nieżla u suppost għandha tkompli nieżla qed toħloq konfużjoni sħiħa fit-toroq Maltin. Fejn il-Marsa hu mwaħħal għal kollox għal din l-aħħar siegħa sħiħa u t-traffiku mir-Rabat għal Ħ'Attard jibda mis-Saqqajja. Fejn ir-roundabout li minn Psaila Street tagħti għal Regional Road hu wieqaf għal kollox. Anke fejn Gallarija Fgura hemm aċċident li kompla jwaħħal it-traffiku kollu. Regional Road ukoll miexi bil-mod u mwaħħal.

More in Kronaka