Imbelgħet karrozza oħra mill-art

Ix-xita tkompli tikxef id-dnubiet fit-toroq Maltin

Karrozza litteralment inbelgħet mit-triq f'Ħal-Lija bejn iċ-ċimiterju u r-roundabout tal-Iklin. Triq li issa ilha xhur sħaħ li suppost ġiet irranġata jew qed tiġi rranġata. Iżda r-ritratti juru dak li ġara llum fi triq li għadha ssir ġdida b'eluf kbar ta' flus il-poplu. Nies li bagħtulna r-ritratt qalulna li llum barra li trid tieħu ħsieb il-karrozzi li ġejjin minn quddiemek, oħrajn li jinsabu quddiemek, trid toqgħod għassa li taħt xi għadira ilma m'hemmx xi ħofra li tibilgħek bil-karrozza b'kollox.

More in Kronaka