Aġġornament
Il-Pulizija qalet fi stqarrija li Deborah Farrugia u Raisa Gili, li kienu rrapportati neqsin aktar kmieni din il-ġimgħa, instabu ifiż-Żejtun.
iktar qabel...
Żewġ tfajliet ġew irrappurtati nieqsa lill-Pulizija nhar il-15 ta’ Frar 2015. Deborah Farrugia u Raisa Gili għandhom sittax-il sena u huma residenti l-Ħamrun u l-aħħar li dehru kien f’Santa Venera.
Ritratt taż-żewġ tfajliet huwa anness hawn taħt.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Farrugia u/jew Gili jista’ jagħddiha lill-Pulizija, anka b’mod anonimu, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001-9 jew Crime Stop 119. Wieħed jista’ jagħti informazzjoni anke fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.