L-Ambaxxatur tal-Iraq fil-Ġnus Magħquda staqsa lill-Kunsill tas-Siġurtà tal-Ġnus Magħquda nhar it-Tlieta biex iħares lejn allegazzjoni li l-Istat Iżlamiku (ISIS) qed jaħżnu l-organi u jbiegħuhom biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom.
L-Ambaxxatur Mohamed Alhakim qal lill-ġurnalisti li fl-aħħar ġimgħat, iġsma bi kliewi neqsin u partijiet oħra nstabu f'qabar baxx tal-massa.
"Għandna l-iġsma, ejjew u eżaminawhom," qal "hu ċar li għandhom partijiet neqsin."
Alhakim żied li mat-tnax-il tabib inqatlu f'Mosul għax irrifjutaw li jipparteċipaw mal-ISIS f'dan.
Alhakim spjega lil kunsill dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u akkuża lill-ISIS b'reati ta' ġenoċidju li qed jimmiraw lejn gruppi etniċi.
F'Jannar inqatlu 790 persuna nqatlu b'terroriżmu u kunflitt armat.