Il-kitba li suppost tfisser Allah, qas biss hi miktuba tajjeb

Mhux eskluż li dan mhu xejn ħlief att vandalu, imma l-Pulizija qed tieħdu bl-akbar serjetà. Kitba wkoll bl-Għarbi miktuba ħażin

Il-messaġġ mal-Bus Shelter ħdejn Wied iż-Żurrieq. Ritratt John Pisani
Il-messaġġ mal-Bus Shelter ħdejn Wied iż-Żurrieq. Ritratt John Pisani
Il-kitba li suppost tfisser
Il-kitba li suppost tfisser
Il-Bus Shelter faċċata tad-daħla ta' Ħaġar Qim. Ritratt John Pisani
Il-Bus Shelter faċċata tad-daħla ta' Ħaġar Qim. Ritratt John Pisani

Kmieni dalgħodu l-Pulizija tad-Distrett bdew jinvestigaw dak li s’issa qed jitqies bħala att vandalu mal-Kappella ddedikata lil San Mattew tal-Maqluba fil-Qrendi u ma’ żewġ bus shelters tal-linja li hemm fi Triq Panoramika li tinsab fejn Wied iż-Żurrieq u faċċata tad-daħla ta’ Ħaġar Qim. Min wettaq dan l-att vandalu jidher li għamlu biex jarawh it-turisti tant it-tliet postijiet huma frekwentati mit-turisti.

Filwaqt li mal-kappella nstabet kelma bl-Għarbi li suppost tfisser “Allah” u bid-data 1-3-2015, mal-bus shelters kien hemm imħażżez ukoll “Death to Christians” (Mewt għall-Insara) u bl-istess data.

Peress li l-kitba bl-Għarbi hija miktuba ħażin, mhux qed ikun eskluż li minn għamel dan l-att vandalu lanqas huwa ta’ nazzjonalità Għarbija.

Minkejja dan il-Pulizija xorta waħda qiegħda tieħu dan il-każ bis-serjetà tant li barra li qed ikun investigat mill-Pulizija tad-Distrett, immexxijin mill-Ispettur Johan Fenech, qed jinvestigaw ukoll dawk mill-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu.

 

More in Kronaka