Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga għamlet tfittxija f'San Pawl il-Baħar f'appartament ta' raġel ta' 36 sena mill-Kosta tal-Ivorju li huwa residenti f'Malta.
Waqt it-tfittxija li saret, il-Pulizija sabet diversi sustanzi suspettati li huma ħaxixa u raża tal-kannabis, kapsoli bl-eroina, kokaina, u boroż bil-ħaxixa. Matul it-tfittxija nstabu wkoll diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Hayman LLD ġiet infurmatha bis-sejba u appuntat inkjesta kif ukoll ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-investigazzjoni.
L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum stess.