Il-programm Xarabank offra lill-FKNK li jniedu l-kampanja tal-IVA għal kaċċa fir-Rebbiegħa. Ir-rejazzjoni minn SHOUT hi mistennija li tiġi annunzjata eżatt wara dik tal-FKNK.
Għada l-kap tal-kaċċaturi Lino Farrugia se jindirizza konferenza stampa biex uffiċjalment iniedi l-kampanja tiegħu fil-barriera tal-limestone is-Siġġiewi.
Anke il-koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa se torganizza konferenza stampa ftit ħin wara biex tagħti r-rejazzjoni għal dak li jingħad min-naħa tal-kaċċaturi. Il-kaċċaturi intalbu biex ma jikkonfrontawx il-lobby tal-LE.
Il-kaċċaturi dehru li ma xtaqux jipparteċipaw fir-referendum iżda kellhom pressjoni qawwija mill-partit politiċi biex ma jibojkjottawx ir-referendum. Ir-referendum se jsir fil-11 ta' April fejn stħarriġ fl-aħħar ġimgħat urew li l-kampanji bejn l-IVA u l-LE jinsabu ras imb'ras.
Il-Malta Today se jipubblika stħarriġ nhar il-Ħadd dwar l-intenzjonijiet tal-votanti.