Fl-aħħar jidher li l-Kon Katidral ta’ San Ġwann se jkollu dak li tant ilu jixtieq li jkollu, mużew ġdid li jkun jista’ jilqa’ r-rikezzi tal-istorja li għandu dan il-Katidral tant rikk. Iżda biex isir dan se jkollhom jingħalqu diversi ħwienet li jinsabu fil-blokka ma’ San Ġwann biex jinbena dan il-mużew.
Biex isir dan il-mużew numru ta’ ħwienet se jkollhom jagħlqu. Is-sidien ta’ dawn il-ħwienet, li huma kollha proprjetà tal-Gvern, diġà ġew infurmati li jridu jagħtu l-ħwienet lura l-Gvern. Il-gvern fil-fatt għaddej b’negozjati ma’ dawk li jmexxu dawn il-ħwienet biex jagħtihom kumpens għal ħanut li se jeħdilhom. Għax anke jekk dawn huma proprjetà tal-gvern kienu mikrijin għand negozjanti li kellhom l-għixien tagħhom minnhom. S’issa jidher li n-negozjati għaddejjin bil-kwiet u għad ma nqala’ l-ebda kontroversja minn xi negozjant li kien imexxi xi wieħed minn dawn il-ħwienet.
Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM