(RITRATTI) Minn tfajjel mistħi għal mostru terroristiku
Jihadi John (Mohamed Emwazi) hu iben ta’ ex pulizija mill-Kuwajt u mar Londra ta’ sitt snin
More in Kronaka
Jihadi John (Mohamed Emwazi) hu iben ta’ ex pulizija mill-Kuwajt u mar Londra ta’ sitt snin
Jihadi John aka Mohamed Emwazi bagħat ittra lil Mail on Sunday qabel telaq is-Sirja fejn stqarr li telaq minn Londra għas-Sirja għax ma felaħx iżjed għal persekuzzjoni tal-M15, is-ervizz sigriet Ingliż fejn dejjem kien qed iħossu bħala ‘dead man walking’ bil-membri tas-servizz Ingliż dejjem resqin viċin tiegħu biex joqtluh. Dak iż-żmien hu kien qed jikkontempla li jikkommetti suwiċidju billi jibla ħafna pilloli. Minflok iddeċieda li jmur is-Sirja jiġġieled favur l-Istat Iżlamiku.
Fl-ittra li bagħat qabel mar is-Sirja kien akkuża lil membru tas-sigurta Ingliż li kien sabbtu mal-ħajt, ġibdu mid-daqna u pprova jifgah.
Dan wassal biex Jihadi John ħanxar sitt irjus ta’ ostaġġi. Hu qal li kien innoċenti iżda s-servizz Ingliż ħareġ dan kollu dwaru:
Emwazi kien student mistħi li inbidel f’mostru terroristiku. Fil-fatt eks kollegi tiegħu l-iskola qalu li ma jistgħux jifhmu x’wassal gġħal din il-bidla fil-karattru ta’ Emwazi. Għalkemm kien hemm min qal li minn meta ħabat rasu ma’ lasta tal-Football kellu xi tip ta’ brain damage u qatt ma reġa ġie kif kien.