Il-LE b'seba' punti vantaġġ fuq l-IVA

Ritratt ta' familja kuntenta fil-kampanja ma jurix ir-realtà fejn bil-kaċċaturi jisparaw dan ir-ritratt żgur li ma seta' ttieħed qatt

Skont l-istħarriġ tal-MaltaToday il-Le stabilixxa vantaġġ sod ta' seba' punti fuq dawk favur il-kaċċa iżda dan jista' ma jfisser xejn minħabba l-fatt li kien hemm żieda fin-numru ta' dawk li mhux deċiżi x'se jagħmlu, speċjalment minn votanti Laburisti.

Fl-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday li kien sar meta l-Prim Ministru qal li se jivvota IVA kien juri vantaġġ ta' punt biss. Iżda xahar wara l-kamp tal-IVA tilef 10 punti. Il-LE baqa' kif kien anzi tilef punt u żdiedu bi 8 punti dawk li huma indeċiżi. L-istħarriġ juri li il-LE għandu vantaġġ fuq kull età ħlief mal-irġiel 'il fuq minn 55 sena. Il-LE żied ħafna minn irġiel bejn il-35 u l-54 sena u anke minn żgħażagħ li ma marrux l-Università iżda għandhom livell sekondarju bħala skola.

Sadattant xejn ma niżel tajjeb il-ktejjeb li ħarġu l-kamp tal-IVA fejn poġġew fl-istampa familja kuntenta fil-kampanja, meta dan qatt ma jista' jkun li kieku kien hemm il-kaċċa fil-madwar, għax l-ebda familja ma tista tieħu ritratt f'dan l-ambjent jekk l-istess ambjent ikun mimli kaċċaturi jitfgħu ċ-ċomb għad-detriment ta' dawk li jkunu fil-viċin. Żgur li min ġietu din l-idea m'għamilx suċċess fejn huma l-ħafna fuq is-siti elettroniċi li qed jiddieħku b'dan ir-ritratt 'giddieb', jew aħjar ittieħed meta ma kienx hemm kaċċaturi fil-madwar.

More in Kronaka