Il-Pulizija fi stqarrija qalet li mara ta’ 69 sena, mis-Swieqi, tinsab f’qagħda kritika wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq is-Slielem, Swieqi, ilbieraħ għall-ħabta tas-7.00 p.m.
Il-karozza, BMW, kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 27 sena min-Naxxar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iżjed tard ġiet ċċertifikata li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija tad-Distrett ħejjew rapport tal-iniċident, temmet tgħid l-istqarrija.