Ftit tal-ħin ilu, seħħ inċident fl-arkivji tad-dwana fl-imħażen tal-Gvern fil-Menqa, il-Marsa. Fl-inċident waqa' xi xkaffar fuq ħaddiem.Sabiex tneħħa l-ixkaffar minn fuq il-ħaddiem, issejħet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija tal-għassa tal-Belt Valletta.
Il-ħaddiem jinsab fi triqtu lejn l-isptar, però Il-kundizzjoni tal-ġrieħi tiegħu għadha mhix magħrufa, għalkemm jidhru li mhumiex gravi.