Il-familja ta' Jihadi John swiet lil poplu Ingliż £400,000
Il-familja kollha tiegħu telqu lura lejn il-Kuwajt
More in Kronaka
Il-familja kollha tiegħu telqu lura lejn il-Kuwajt
Il-familja ta' Mohammed Emwazi (Jihadi John) swiet lil poplu Ingliż £400,000 mill-1996 minn meta emigraw lejn l-Ingilterra sal-ġurnata tal-lum. Skont inkjesta li saret fuq id-Daily mail u rrapurtata fuq l-ANSA, il-familja tal-bojja Iżlamiku għadha qed tirċievi sussidji pubbliċi ta' £40,000 fis-sena anke jekk m'hemmx traċċa tagħhom fl-Ingilterra, meta jidher li missieru u ħutu ttrasferew ruħhom lejn il-Kuwajt.
Il-kuruna Ingliża ffinanzjat l-istudji kollha tal-bojja u l-ispejjeż kollha li għamlet familtu għall-istudji. U għadhom qed iħallsu is-somma ta' £450 fil-ġimgħa għall-kiri tal-appartment li l-kunsill ta' Westminster kien taha lil din il-familja wara li missieru kien akkwista l-istat ta' rifuġjat. Huma bidlu kemm-il darba l-appartament tagħhom kemm ilhom Londra u l-kera dejjem kienet imħallsa mill-gvern bil-kirja kollha tiswa £400,000.
Dan barra wieħed ma jsemmi l-ispejjeż li kienu saru mill-gvern fid-djar li kieneu joqgħodu u l-ħlasijiet ta' skejjel u l-università ta' Mohammed u ħutu kollha. Il-poplu Ingliż qed jitlob li din is-somma għandha tiġi restitwita kollha u jittiħdilhom il-passaport Ingliż li l-familja kollha kellha. Id-deputat Konservattiv Philip Hollobone qal, "abbużaw mill-ospitalità tagħna u jridu jħallsu lura l-flus kollha li nfaqna fuqhom." Filwaqt li d-deputat parlamentari David Davies talab li s-sussidji għandhom jitwaqqfu immedjatament, "lil familja li m'għandix bżonn l-ażil fil-Gran Brittanja."