Il-Kaċċaturi jkomplu jirrepetu gidba dwar id-deroga u d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropeja

Tiġi pubblikata d-deċiżjoni tal-qorti ewropea dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa

 

Il-kampanja SHout tixtieq tistqarr li r-risposta ghal-kampanja ta’ gideb u ingann mill-kaċċaturi dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa u d-deċiżjoni tal-qorti Ewropeja tinsab fil-kliem uffiċċjali tal-Kummissjoni i li qed nipproduċu kelma kelma hawn taħt:

“Brussell, it-28 ta' Ottubru 2010 [1]

L-Ambjent: Il-Kummissjoni titlob lil Malta tkun konformi mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kaċċa tal-għasafar

Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob lil Malta biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kaċċa tal-għasafar. Fl-2009, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li Malta, billi ppermettiet il-kaċċa tal-gamiem u s-summien fir-Rebbiegħa bejn l-2004 u l-2007, naqset milli timplimenta d-Direttiva dwar l-Għasafar kif suppost. Il-Kummissjoni hija mħassba dwar il-fatt li leġiżlazzjoni ġdida ta' qafas li għandha l-għan li tippermetti l-kaċċa fir-Rebbiegħa fis-snin futuri, ma tkunx konformi mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk iddeċidiet, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik, biex toħroġ Avviż ta' Tqegħid fil-Mora skont il-proċeduri li għaddeja tal-ksur tal-liġi. Jekk l-awtoritajiet Maltin ma jieħdux l-azzjonijiet neċessarji, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li terġa' tressaq lil Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u titlob għall-penali fiskali.”

Il-kampanja SHout għalhekk terġa ttenni li l-UE ma tatx lill-Malta dritt tapplika d-deroga kif qed jallegaw il-kaċċaturi.

Il-kampanja SHout  tfakkar x’qal il-kelliem tas-SHout Mark Sultana meta kien qed jitkellem fuq il-mezzi tax-xandir:  “Il-kaċċaturi qed jivvintaw in-numru tal-għasafar li qed jaqbdu fil-ħarifa u r-rebbiegħa. Dan wara direttivi li ngħataw lilhom mill-FKNK .  Dan qed jagħmluħ billi ma jniżżlux l-figuri kollha tal-għasafar li joqtlu.”

Il-kampanja SHout tfakkar li l-kaċċaturi dejjem insistew li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea hija favurihom meta infatti huwa kompletament l-oppost. Il-kampanja SHout tfakkar li apparti dawn il-gideb, il-kaċċaturi qed jippruvaw ipinġu lilhom infushom bħala grupp toleranti, li jħobbu l-kampanja u li ma joqtlux għasafar.

Huwa kompletament l-oppost huwa għalhekk li din il-ġimgħa l-kampanja Shout trid turi kif il-kaċċaturi fil-maġġoranza tagħhom huma INTOLLERANTI, jirrikorru għall-VANDALIŻMU meta jiġu kkritikati u joqtlu għasafar li jkunu qed jpassu biex ibejtu.

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja:

Romina Tolu, SHout - Spring Hunting Out

99801261

[email protected]

More in Kronaka