Ir-Reġina Eliżabetta ġejja Malta għal laqgħa taċ-CHOGM

Il-Prinċep ta' Wales se jkun qed jakkumpanjaha

Ir-Reġina Eliżabetta II akkumpanjata mid-Duka ta’ Edinburgh, se tkun qed iżżur Malta biex tattendi għal-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM) li se ssir f’pajjiżna bejn is-27 u 29 ta’ Novembru. Il-Prinċep ta’ Wales, akkumpanjat mid-Dukessa ta’ Cornwall, se jkunu qed jattendu wkoll għaċ-CHOGM b’appoġġ għar-Reġina.

Iktar dettalji dwar iż-żjara tal-Maestà Tagħha u l-attendenza tal-Altezzi Irjali Tagħhom għac- CHOGM jitħabbru ’l quddiem.

More in Kronaka