Raġel ta' 64 sena jweġġa' gravi
Raġel ta' 64 sena minn Tas-Sliema, weġġa' gravi wara li waqa minn għoli, wara li saqaf li kien fuqu, ċeda bih.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10.30, f'residenza privata fi Triq Sant' Anġlu f'Tas-Sliema.
Fuq il-post gew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-għajnuna tagħhom.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.