Ir-Russja tiddikjara li għandha dritt tgħaddi armi nukleari lill-Krimea

Jista' jkun li dan diġà għamlitu

Ir-Russja qalet li għandha dritt li tgħaddi armi nukleari lil Krimea, sena wara li Vladimir Putin ħataf it-territorju mill-Ukrajina wara referendum.

Krimea li għandha port strateġiku fil-Baħar l-iswed li fih kien hemm diġa l-flotta Russa qabel il-kriżi tal-Ukrajna fl-2014, hi ħafna eqreb għaċ-ċentru tal-Ewropa minn kull bażi nuklejari oħra Russa.

L-uffiċċju tal-affarijiet barranin Russu qal lill-Interfax News Agency li ma jafx jekk dawn hux diġa għandhom armi nuklejari, “Lanqas naf xi pjani għandha r-Russja iżda per prinċipju ir-Russja tista tagħmel dan.” Qal Mikhail Ulyanov.

Dawn iul-kummenti waslu fi żmien ferm sensittiv għar-relazzjonijiet internazzjonali madwar il-Baħar l-Iswed, wara li l-membri fin-NATO, Bulgarija, Rumanija u t-Turkija ingħaqdu ma’ erba allejanzi barranin oħra għal-eżerċizzju navali nhar it-Tlieta.

L-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġermanja u l-Italja ħadu sehem f’dan l-eżerċizzju li kien hemm jinkludi l-cruiser bil-‘guided missile’ USS Vicksburg.

 

More in Kronaka