[Aġġornat 3] Mara maqtula b'daqqiet ta' sikkina f'Buġibba - Il-Pulizija titkellem mal-ġurnalisti

Il-Pulizija qed tfittex Libjan ta' 34 sena li kien jaf sew lil vittma. Tinstab sikkina fuq il-bejt. Ma jinstab l-ebda sgass

Il-post fejn seħħ l-inċident
Il-post fejn seħħ l-inċident
Il-kadavru tal-mara qed jiddaħħal fil-hearse tal-Pulizija. Ritratt John Pisani
Il-kadavru tal-mara qed jiddaħħal fil-hearse tal-Pulizija. Ritratt John Pisani
Il-gallarija tal-appartament fejn instabet mejta l-mara;  Ritratt John Pisani
Il-gallarija tal-appartament fejn instabet mejta l-mara; Ritratt John Pisani
Missier il-vittma mbikkem bil-qtil ta' bintu.  Ritratt John Pisani
Missier il-vittma mbikkem bil-qtil ta' bintu. Ritratt John Pisani
L-Ispettur Charlot Casha mit-Taqsima tal-Forensika tal-Pulizija.  Ritratt John Pisani
L-Ispettur Charlot Casha mit-Taqsima tal-Forensika tal-Pulizija. Ritratt John Pisani
 Ritratt John Pisani
Ritratt John Pisani
Triq l-Isponoż fejn seħħ il-qtil.  Ritratt John Pisani
Triq l-Isponoż fejn seħħ il-qtil. Ritratt John Pisani
It-Tabib Forensiku Mario Scerri.  Ritratt John Pisani
It-Tabib Forensiku Mario Scerri. Ritratt John Pisani
L-investigaturi fuq ix-xena tar-reat.  Ritratt John Pisani
L-investigaturi fuq ix-xena tar-reat. Ritratt John Pisani
Il-karozza BMW qed tiġi elevata mill-Pulizija.
Il-karozza BMW qed tiġi elevata mill-Pulizija.
Silvana Muscat. Ritratt Facebook
Silvana Muscat. Ritratt Facebook
Id-Deputat Kummissarju Pierre Calleja jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet.
Id-Deputat Kummissarju Pierre Calleja jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet.
video John Pisani
Il-konferenza tal-aħbarijiet fid-Depot tal-Pulizija

Aġġornament

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret tard illum waranofisnhar, l-Assistent Kummissarju Norbert Ciappara kkonferma li l-vittma hija Silvana Muscat u li dan huwa każ ta’ qtil. Huwa qal li l-vittma ngħatat ħames daqqiet ta’ sikkina. Il-Pulizija ma sabu l-ebda sgass, imma għad iridu jistabilixxu kif l-aggressur daħal fl-appartament jew jekk daħlitux il-vittma stess.

Min-naħa tiegħu d-Deputat Kummissarju Pierre Calleja qal li l-Pulizija għandha suspett f’raġel ta’ nazzjonalitá barranija u li dan ħalla Malta fuq titijiera tard l-Erbgħa filgħaxija lejn l-Italja. Huwa kkonferma l-karozza BMW li nstabet fil-parkeġġ tal-MIA hija tas-suspettat.

Pierre Calleja qal ukoll li fil-parti tal-komun tal-blokk apparatament instabet sikkina li mhux qed ikun eskluż li hija l-arma li ntużat fil-qtil ta’ Muscat.

Jekk mill-investigazzjonijiet jirriżulta li s-suspettat huwa l-qattiel, allura l-Pulizija se toħroġ European Arrest Warrant.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll l-Assistent Kummissarju Martin Sammut flimkien mal-Ispetturi Keith Arnaud u Dennis Theuma.

L-awtopsja fuq il-katavru ta’ Silvana Muscat se ssir għada filgħodu.

iktar qabel...

Silvana Muscat ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar, inqatlet b’diversi daqqiet ta’ sikkina. Il-Pulizija qegħdin ifittxu lil Nour Eddine Ibrahim Hamid ta’ 34 sena ta’ nazzjonalitá Libjana.

Dan l-ewwel qtil għal din is-sena seħħ tard l-Erbgħa filgħaxija u jidher li Hamid baqa’ sejjer drit l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’karozza BMW u mhux ekluż li dan ħalla Malta. Il-BMW nstabet kmieni llum waranofsinhar fil-parkeġġ tal-ajruport u ġiet elevata mill-Pulizija.

Il-kadavru ta’ Muscat instab f’għadira demm fuq is-sodda minn qariba tagħha. Dalgħodu l-familja tal-Muscat bdew jinkwetaw meta ma rawhix u lanqas irrispondiet it-telefonati.

Għaldaqstant huma marru fl-appartament tagħha li jinsab fl-ewwel sular f’St Peter’s Court fi Triq l-Isponoż fejn sabuha mejta. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Maurice Curmi flimkien mas-Surġent Rodienne Ghirxi li nfurmaw lill-Assistent Kummissarju Martin Sammut u s-Supretendent Ray Danastas.

Kif kien hemm suspett li dan kien każ ta’ omiċidju, ġew informati l-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Fi ftit ħin marru d-Deputat Kummissarju Pierre Calleja, l-Assistent Kummissarju Norbert Ciappara u l-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud.

Kollox jindika li wara li l-qattiel wettaq id-delitt dan tela’ fuq il-bejt u rema’ s-sikkina hemmhekk. Din is-sikkina ttieħdet mill-Pulizija tal-Forensika biex ikun konfermat li hija l-arma li ntużat fid-delett.

Fil-preżent id-dettalji huma xi ftit skarsi  bil-Pulizija s’issa toħroġ stqarrija li fiha qalet li li mara nstabet mejta għall-ħabta tal-11.30 a.m. f’appartament fi Triq l-Isponoż, San Pawl il-Baħar.

L-istqarrija tkompli tgħid li minn investigazzjonijiet preliminari li saru jirriżulta, li l-każ huwa x’aktarx omiċidju, ttemm l-istqarrija tal-Pulizija.

Il-Pulizija daru diversi toroq biex jaraw jekk hemmx carmeras tas-sigurtá u anke tkellmu ma’ diversi persuni. Kienu xeni kommoventi meta qraba ta’ Muscat waslu fuq il-post u dehru jikkunlsaw lil xulxin. Fost dawk li marru kien hemm ukoll missier Sylvana.

Nifhmu li Sylvana Muscat marret toqgħod f’dan l-appartament riċentament. Xi ġimgħat ilu Hamid kien tressaq il-Qorti fuq vjolenza domestika u theddid fejn l-istess Muscat kienet talbet il-protezzjoni tal-Qorti.

Aktar tard illum il-Pulizija se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar dan il-każ.

 

 

More in Kronaka