Intervent tal-Pulizija ta’ Għawdex wassal biex evitaw periklu kbir li kieku seħħ inċident fi tmiem il-ġimgħa kienet isseħħ l-akbar traġedja fil-gżejjer Maltin.Dan għaliex il-post ikun mimli żgħażagħ fid-diskoteka. Din kienet id-diskrizzjoni li illum.com.mt ingħata minn sorsi qrib il-Pulizija ta’ Għawdex wara li tard il-Ġimgħa filgħaxija ġew arrestati żewġt irġiel li kienu qegħdin jaħdmu nar tal-festa f’garaxx li jinsab taħt id-diskoteka Ku Club li jagħmel parti mit-Teatru Astra.
Ir-rejd mill-Pulizija ta’ Għawdex sar għall-ħabta tad-9.00 p.m. fejn sabu liż-żewġt irġiel, kuġini, qiegħdin jaħdmu xogħol pirotekniku. Bħalissa l-post jinsab mgħasses mill-Pulizija sakemm ikun sigur.
Nifhmu li l-irġiel huma magħrufin mal-Pulizija fosthom wieħed minnhom li tkeċċa minn fuq il-post tax-xogħol wara li ħeba camera f’toilet tan-nisa fil-post fejn jaħdem.
Aktar dettalji kif jidħlulna.