(FILMAT u RITRATTI) Raġel li sawwat lil martu jispiċċa ħażin
Taha xeba’ lil martu b’pistola, kien segwit mill-pulizija, ħareġ b’pistola f’idejh u spiċċa b’balla f’żaqqu
More in Kronaka
Taha xeba’ lil martu b’pistola, kien segwit mill-pulizija, ħareġ b’pistola f’idejh u spiċċa b’balla f’żaqqu
Raġel li kien segwit mill-pulizija wara li sawwat lil martu u seraq karrozza. Beda jsuq b’mod perikoluż fejn għal ftit ma weġġax xi nies li kienu għaddejjin. Wara nofs siegħa waqaf u ħareġ jxejjer pistola lejn il-pulizija li min-naħa tagħhom sparawlu u laqtuh f’żaqqu. Jingħad li anke l-istess raġel spara lejn il-pulizija. Ir-raġel deher jinżel bil-qiegħda fejn deher id-demm ħiereġ minn ġol qmis filwaqt li beda jixrob l-ilma minn pajp li kien hemm fil-viċin. Dam siegħa sa ma taha ruħu lil pulizija. Ir-raġel għadu ħaj u l-ebda uffiċċjal tal-pulizija ma weġġa. Dan juri kemm l-Istati Uniti tieħu bis-serjeta l-vjolenza domestika.
Dan l-avveniment ġie miġbud live fuq it-televiżjoni fejn kif ġpie arrestat ġie mneżża biex jaraw għandux xi pistoli moħbija. Hu ġie akkużat li qabad lil martu ta’ sentejn u beda jsawwatha b’pistola.