Serqa minn ħanut fil-Ħamrun
Persuna daħlet fil-ħanut armata b’arma
More in Kronaka
Persuna daħlet fil-ħanut armata b’arma
Il-Pulizija qed iżżomm persuna sabiex tassistiha bl-investigazzjoni tagħha in konnessjoni ma’ serqa li seħħet minn ħanut fi Triq id-Duka ta’ Edinburgh fil-Ħamrun, illum għall-ħabta tat-tlieta u għaxra ta’ wara nofs in-nhar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li allegatament persuna daħlet fil-ħanut armata b’arma li taqta’ u bil-ponta u talbet il-flus lil raġel anzjan li kien jinsab ġewwa l-fond. L-anzjan irreżista lill-ħalliel u kien f’dan il-waqt li sofra xi ġrieħi superfiċjali f’idejh. Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont minimu ta’ flus f’muniti.
Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata bis-serqa, bħal ma jsir f’kull każ, intbagħatu diversi units fuq il-post, fosthom dawk mid-Distrett tal-Ħamrun, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u tar-RIU u ftit minuti wara, fi Triq Atoċja, il-Pulizija irnexxiela żżomm persuna.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr G Grixti LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistih fl-inkjesta li apponta.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.