(Aġġornat) Tarbija titħalla f’karozza maqfula. Ir-raġel mhux missier it-tarbija

Il-Pulizija interrogat lill-ġenituri li huma barranin
 

Ritratt arkivji
Ritratt arkivji

Aġġornament

Fi stqarrija l-Pulizija kkonfermat li fil-fatt ir-raġel ta' 27 sena minn Birkirkara, u li huwa sid il-karozza li fiha tħalliet it-tarbija fiha, mhux missier it-tarbija imma ħabib ta' omm it-tarbija.

l-ewwel rapport

Il-Pulizija qalet fi stqarrija li l-Pulizija tad-Distrett mill-Għassa tal-Ħamrun qed jinvestigaw każ fejntarbija ta’ tliet xhur tħalliet għal madwar siegħa maqfula fil-karozza tal-ġenituri tagħha fil-Marsa.

Dalgħodu għall-ħabta tal-10.30 daħlet informazzjoni fuq in-numru tal-emerġenza 112, li fi Spencer Hill, il-Marsa hemm karozza b’tarbija fiha u li l-karozza kienet imsakkra. Fuq il-post marru l-Pulizija u sabu l-karozzi indikata. Bl-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili, it-tarbija nħarġet mill-karozza, u fl-istess waqt bdiet ħidma biex jinstabu l-ġenituri tagħha.

Wara xi ħin sar kuntatt mal-ġenituri li huma ta’ nazzjonalità barranija. Il-Pulizja qalet fi stqarrija li l-missier, raġel barrani ta’ 27 sena li joqgħod Birkirkara, mar lura fil-karozza wara li waslu l-pulizija.

More in Kronaka