Qed tiġi eżaminata karozza maħruqa, li fiha kien hemm assault rifle. Din il-vettura instabet dalgħodu f'Tal-Virtù. Hemm suspetti li din l-arma, li nsabet illum waranofsinhar, kienu dawk li ntużaw fil-qtil ta' Raymond Caruana lbieraħ filgħaxija. Jidher ukoll li ġew sparati aktar minn 30 tir lejn l-Jeep li fiha kien Caruana. Dan qalu l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta f'konferenza stampa llejla, fejn qal ukoll li Caruana pprova joħroġ mill-karozza biex jipprova jistaħba warajha.
Jidher li Caruana miet wara li ntlaqat ħames jew sitt darbiet - b'konferma tingħata mill-awtopsja li ħa ssir nhar it-Tnejn.
Il-pulizija qed tkellem xi nies li kienu jafu lil Caruana fuq dan il-każ.