[FILMAT] Sinagoga attakkata f'Londra
Bdew jgħajtu "Oqtlu lil Lhud"
More in Kronaka
Bdew jgħajtu "Oqtlu lil Lhud"
F'Londra fi Stamford Hill grupp ta' madwar 20 żagħżugħ u żagħżugħa attakkaw sinagoga lokali l-bieraħ is-Sibt, fejn bdew jhedduhom, isawtu lil dawk li kienu qed jitolbu u jkissru l-proprjetà.
Wieħed mix-xhiedha mill-kongregazzjoni Ahavat Torah qal li il-grupp beda jgħajjat "noqtlukom" filwaqt li pprovaw iħebbu b'mod vjolenti għal dawk li kienu qed jitolbu u jqattgħulhom il-kotba tat-talb.
Ieħor pprova jiddefendi lilu nnifsu billi jaqbad wieħed minn dawk li attakkawhom biex jieħdu għand il-pulizija iżda dan inqabad mill-oħrajn, sawtuh u kissrulu sinna. L-inċident beda meta żagħżugħ Lhudi ġie attakkat minn dan il-grupp barra s-sinagoga u dan biex jaħrab minnhom daħal jistaħba fis-sinagoga u l-20 l-oħra daħlu warajh u attakkaw lil kull min kien hemm.
Il-pulizija kkonfermaw li qed iqisu dan l-attakk bħala anti semitiku u marru fuq il-post għal ħabta tas-1 ta' dal-lejl fejn sabu grupp ta' żgħażagħ fis-sakra li kienu ġejjin minn party fil-viċin u li kienu qed jippruvaw jidħlu fis-sinagoga bi vjolenza.
Ġew arrestati sitta minnhom, erbat irġiel u 2 tfajliet li jidhru fil-filmat, filwaqt li l-pulizija żiedu l-patrol fiż-żona li fiha hemm ħafna Lhud jgħixu.
Fil-Gran Brittanja jgħixu madwar 286,000 Lhudi li jgħixu kważi kollha f'Londra jew madwar Londra. Sadanittant kien hemm żieda ta' 137% fl-inċidenti anti semitiċi u dan mhux mingħand Ingliżi Għarab, iżda minn Ingliżi hekk imsejha neo nazi. Fil-fatt kien hemm 583 inċident kontra l-Lhud. F'Manchester li wkoll hemm ħafna Lhud jgħixu kien hemm 309 inċident.