Min kien Andreas Guenter Lubitz
Ħadd ma sablu xejn negattiv...kien kalm u bniedem ferrieħi
More in Kronaka
Ħadd ma sablu xejn negattiv...kien kalm u bniedem ferrieħi
Wara l-aħbar li Andreas Lubitz qed jingħad li qered l-ajruplan apposta bdew l-investigazzjonijiet minn kull portal dwar min kien eżatt dan il-co pilot. Skont ir-recordings jidher li anke qabel 'twaqqa' l-ajruplan u l-Kaptan ġie msakkar barra, qatt ma kien hemm xi argumenti bejn il-pilota u l-ko-pilota. Lanqas kien jidher li kien hemm problemi bejniethom u anke sa ma iġġarrab l-ajruplan instema n-nifs tiegħu normali u kalm.
Andreas Guenter Lubitz kellu 28 sena u kien jgħix f'Montabaur f'belt żgħira fil-Ġermanja, 80 kilometru bogħod minn Frankfurt.
Nies li jafuh minn Montabaur jgħidu li Lubitz qatt ma wera sinjali ta' dipressjoni u l-aħħar li rawh kien meta ġedded il-liċenzja ta' pilota ta' glider.
Peter Ruecker li rah jitgħallem isuq l-ajruplani qal, "kien bniedem ferrieħi u kien kuntent li kien ħa l-impjieg mal-Germanwings u kien sejjer tajjeb."
Meta kien għadu adoloxxenti kien diġa akkwista l-liċenzja li jsuq glider u ġie aċċettat bħala trainee pilot tal-Lufthansa wara li spiċċa l-iskola iebsa preparatorja Ġermaniża. Rucker iddeskriva lil Lubitz bħala 'kwiet iżda baħbuħ" "Kellu ħolma li jsir pilota minn meta kien żgħir, irnexxilu jilħaq l-ħolma tiegħu, ħolma li spiċċat ħaditlu ħajtu."