Jitlef ħajtu raġel fix-Xewkija

Raġel ta' 30 sena mis-Sannat f'inċident tat-traffiku fatali

Għall-ħabta tas-12.40pm tal-lum, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Ix-Xewkija.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irrizulta li raġel li kien qiegħed isuq mutur tal-għamla KTM 250 EXC, għal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ arblu tad-dawl.

Ir-raġel li għandu 30 sena u residenti s-Sannat, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ Ambulanza.  Ftit wara huwa ġie ċċertifikat mejjet.Il-Maġistrat Dr J Vella Cuschieri ġiet infurmata dwar il-każ fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Kronaka