Huwa smtat li sa 400 immigrant mietu fil-Mediterran bejn is-Sibt u t-Tnejn - dan skont intervisti li taw dawk li salvaw mal-organizzazzjoni Save the Children.
Jidher li dawn l-400 immigrant tilfu ħajjirhom meta l-bastiment li kienu fuqu għereq 24 siegħa wara li telaq mil-Libja biex jipprovaw jaslu sal-Italja.
Il-bastiment kien qiegħed iġorr total ta' 550 immigrant, skont dawk li salvaw u ttieħdu f'port fin-nofsinhar tal-Italja ilbieraħ filgħodu.
Tul l-ewwel erba' xhur tal-2015, aktar minn 500 tilfu ħajjithom fil-vjaġġ tagħhom fil-Mediterran.
Intant, f'każ separat nhar it-Tnejn li għadda, ġew sparati tiri fuq il-membri tas-salvataġġ tal-FRONTEX minn dawk li bdew jitraffikaw lill-immigrant. Dan huwa t-tieni darba li ġew sparati tiri fuq bastimenti ta' salvataġġ.