Maqtul ġurnalist b'simpatija lejn ir-Russja fi Kiev

Ilbieraħ inqatel ukoll MP alleat tal-eks President Yanukovych
 

Victor Yanukovych - maħrub mill-Ukraina wara protesti qawwijin favur il-Punent
Victor Yanukovych - maħrub mill-Ukraina wara protesti qawwijin favur il-Punent

Ġurnalist Ukren magħruf għall-opinjonijiet favur ir-Russi tiegħu ġie maqtul b'tiri fi Kiev. Oles Buzyna ta' 45 sena ġie maqtul wara li ġew sparati tiri minn karozza, qal Anton Herashchenko l-Ministru Ukren għall-Affarijiet Interni.

Din l-isparatura ġiet ġurnata biss wara li nqatel l-Membru Parlamentari Oleg Kalashnikov - alleat tal-eks President Victor Yanukovych, fi Kiev stess. Herashchenko jemmen li ż-żewġ każi huma marbuti mal-fatt li l-vittmi kienu infoluti fil-moviment kontra t-tkeċċija ta' Yanukovych bħala President fl-2014.

Mistoqsi dwar dan kollu waqt programm live, il-President Russu Vladimir Putin qal "Dan mhux l-ewwel qtil tat-tip tiegħu. Hemm serje sħiħa ta' qtil simili fl-Ukraina."

 

More in Kronaka