Il-pulizija arrestaw kaċċatur ieħor talli spara fuq għasfur protett. Il-każ seħħ aktar kmieni llum.
Dan kien it-tieni każ ta' kaċċa fuq tajr protett, bl-aħħar każ iseħħ ilbieraħ. L-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa nfetaħ nhar it-Tlieta 14 t'April, wara inqas minn 1% maġġoranza f'referendum dwar jekk għandhiex tinżamm il-kaċċa fir-rebbiegħa jew le.
Jidher li l-kaċċatur spara fuq l-għasfur fl-inħawi ta' Birżebbuġa u Ħal Far.
Il-kaċċatur ġie arrestat mill-pulizija.