Kaċċaturi jitolbu riforma f'kif tinħareġ il-liċenzja tal-kaċċa

Shaun Demicoli ħati ta' kaċċa llegali huwa akkużat b'attentat ta' qtil fuq Tuneżin fl-2014

Kaċċaturi mill-Kaċċaturi San Ubertu (KSU) qed jistaqsu kif xi ħadd li kien akkużat bi qtil, xorta waħda jista' jkun kaċċatur liċenzjat u jkollu fil-pussess tiegħu liċenzja għal senter.

Dan ġie wara li lbieraħ, il-Ħamis Shaun Demicoli ta' 34 sena minn Birżebbuġa tressaq il-qorti mill-pulizija wara li spara fuq venewwa - tajra protetta. Demicoli ingħata 3 xhur ħabs u sospensjoni tal-liċenzja għal 3 snin.

L-istess Shaun Demicoli huwa akkużat bl-attentat ta' qtil fuq Tuneżin ta' 31 sena, Riyadh Mrad - li nsab mitluf minn sensieh fi Triq il-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuga f'Marzu 2014 wara li soffra ġrieħi gravi. 

More in Kronaka