Immigranti mitfugħin il-baħar għax Kristjani

15-il immigrant arrestati f'Palermo akkużati b'omiċidju

Bħalissa hemm medja ta' 1,000 persuna qed tiġi salvata fil-vjaġġ lejn l-Italja mil-Libja
Bħalissa hemm medja ta' 1,000 persuna qed tiġi salvata fil-vjaġġ lejn l-Italja mil-Libja

Fl-Italja ġew arrestati 15-il persuna, kollha Musulmani akkużati b'omiċidju. Dan wara li allegatament tefgħu 12-il immigrant il-baħar għaliex kienu Kristjani, wara ġlieda b'motivi reliġjużi li qamet fil-vjaġġ tagħhom lejn l-Ewropa. L-immigranti Kristjani, li qed jingħad li huma mill-Ghana u min-Niġerja tilfu ħajjithom.

Immigranti oħra li kienu fuq l-istess dgħajsa rnexxilhom isalvaw lilhom infushom minn l-istess traġedja billi ffurmaw katina umana.

Is-suspettati li huma mill-Kosta tal-Ivorju, is-Senegal, il-Mali u l-Guinea kienu fost 105 immigrant li kienu fuq dinghy li telaq mil-Libja nhar it-Tlieta li għadda.

F'dawn l-aħħar jiem kważi 10,000 immigrant li bdew jaqsmu l-Mediterran ġew salvati. L-Italja qed titlob lill-UE għal aktar għajnuna sabiex tkun tista' tleħħaq ma' din il-kriżi. 

 

More in Kronaka