Raġel jammetti li ħataf u qatel tifla f'Calais

Pollakk ħati tal-qtil, wara li t-tifla ta' 9 snin 'sparatlu' b'pistola tal-ilma

F'Calais mijiet niżlu fit-toroq b'ritratti ta' Chloe u b'bukketti ta' fjuri
F'Calais mijiet niżlu fit-toroq b'ritratti ta' Chloe u b'bukketti ta' fjuri

Pollakk ammetta li ħataf u qatel tifla ta' 9 snin fi Franza, f'villaġġ bl-isem ta' Calais wara li din 'sparatlu' b'pistola tal-ilma. Ir-raġel ta' 38 sena ammetta "immedjatament" wara l-arrest tiegħu, skont il-prosekutur Franċiż Jean-Pierre Valensi.

It-tifla magħrufa bħala Chloe lokalment instabet mejta f'masġar nhar il-Erbgħa li għadda wara li ġiet stuprata u mgħallqa.

Chloe kienet qed tilgħab ma' ħabibitha ħdejn id-dar tagħha, meta raġel resaq fuqha - fejn hi xarbitu bil-pistola tal-ilma.

Thousands of people, including her mother, marched through Calais on Thursday in her memory. Omm it-tifla qalet li hi ħallitha waħidha għal 5 minuti sakemm marret tbiddel lill-uliedha ż-żgħar. Meta marret lura sabet lill-aggressur jisforza lil bintha tidħol f'karozza.

Il-katavru tat-tifla nstab f'masġar viċin f'inqas minn sagħtejn wara. Is-suspettat, li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol instab viċin ix-xena tar-reat. L-investigaturi forensiċi rrapurtaw evidenza ta' "tgħallieq u vjolenza sesswali", qal Valensi.

Is-suspettat għandu storja ta' vjolenza kriminali, fejn kien il-ħabs kemm fi Franza kif ukoll fil-Polonja. Hu ħareġ mill-ħabs ftit tax-xhur ilu wara li kien qed jiskonta sentenza ta' 6 snin ħabs. Intant, waħda mill-vittmi tiegħu, mara ta' 78 sena qalet lil gazzetta Franċiża Le Parisien li l-pulizija kienu wegħduha li hu intbagħat lura l-Polonja.

Valensi qal li s-suspettat mar lura Franza nhar il-Erbgħa hu u sejjer l-Ingilterra biex jara lill-oħtu.

Il-PM Franċiż Manuel Valls sejjaħ investigazzjoni kompleta dwar il-passat tar-raġel, fejn qal li l-familja ta' Chloe ħaqqha "il-verità kollha". 

 

More in Kronaka