In-Navy Taljana tirkupra lura d-dgħajsa maħtufa mil-Libjani

Qed jingħad li l-ekwipaġġ attakkaw liż-żewġ libjani u sakkarhom fl-istiva

In-Navy Taljana ħadet lura l-kontroll tad-dgħajsa tas-Sajd Siċiljana li nqabdet minn Libjani armati aktar kmieni dalgħodu barra l-kosta Libjana.

L-operazzjoni kienet kondotta minn militar li jopera fiż-żoni fejn jiġu meħlusa u megħjnun immigranti li jitilqu mil-Libja. L-istqarrija ma tgħidx jekk il-militar Taljan ikkonfrontax lill-Libjani armati, iżda l-koperattiva ta Sqallija qalet li s-seba membri tal-ekwipaġġ fuq id-dgħajsa li kienu 4 Taljani u 3 Tuneżini kienu fi triqithom lejn Sqallija. Qed jingħad li kienu tnejn il-libjani armati u kienu l-istess ekwipaġġ li attakkahom u sakkruhom fl-istiva, iżda din l-aħbar għadha mhix konfermata.

 

More in Kronaka